Hemm xi indikaturi komuni ppjanati b'relazzjoni mal-użu tal-vawċers?
Skont l-emendi riċenti għar-Regolament FSE+, il-lista tal-indikaturi tar-riżultat komuni għal objettiv speċifiku (m) issa jinkludu sett addizzjonali ta' indikaturi tar-riżultat komuni biex ikun immonitorjat l-użu tal-vawċers/kards. Dan jinkludi in-numru totali ta' destinatarji aħħarin li jibbenefikaw mill-vawċers jew kards kif ukoll l-istess tqassim bħal dak għan-numru ta' destinatarji aħħarin li jirċievu appoġġ tal-ikel/materjali.