Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament CPR, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi tal-output u tar-riżultat għal kull objettiv speċifiku. Peress li l-fokus huwa fuq l-objettiv speċifiku, fil-prinċipju, huwa possibbli li xi operazzjonijiet ma jikkontribwixxux direttament għall-ebda indikatur. Madankollu, ladarba l-indikaturi jridu jaqbdu l-bidliet maħsuba ewlenin għal kull objettiv speċiku, ma għandux jkun hemm ħafna operazzjonijiet jew operazzjonijiet sinifikanti li ma jikkontribwixxux għall-ebda indikatur. Jekk jogħġbok innota li l-owsma tad-data 49 u 52 fl-Anness XVII tar-Regolament CPR jistabbilixxu rabta bejn operazzjonjiet u indikaturi fejn huwa rilevanti. Barra dan, kull operazzjoni għandha twettaq il-kriterji tas-selezzjoni, li jiżguraw konformità mal-programm, inkluż kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi speċifiċi għall-programm.
Answer