X'inhu l-perjodu ta' referenza għal indikaturi tar-riżultati immedjati u kif għandna nirreġistraw riżultati multipli dwar is-suq tax-xogħol matul dan il-perjodu?
Il-perjodu ta' referenza għal indikaturi tar-riżultati immedjati huwa 4 ġimgħat (jiġifieri 28 ġurnata) wara d-data li fiha parteċipant ikun ħareġ minn operazzjoni. Jekk avvenimenti multipli relatati mal-istatus tas-suq tax-xogħol iseħħu matul il-perjodu ta' referenza, l-aħħar avveniment biss għandu jkun irrapportat bħala riżultat. Fi kliem ieħor, iż-żewġ indikaturi komuni tar-riżultati immedjati li jaqbdu l-bidliet fis-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol (EECR01 - inġaġġat fit-tiftix għal impjieg u EECR04 - f'impjieg) huma reċiprokament esklussivi, u għalhekk il-parteċipanti għandhom ikunu rrapportati darba taħt wieħed minn dawn l-indikaturi. Pereżempju, jekk parteċipant attiv jingaġġa f'tiftixa għal impjieg hekk kif joħroġ minn operazzjoni (jiġifieri EECR01) u 20 ġurnata wara li joħroġ isib impjieg (jiġifieri EECR04), dan għandu jiġi rreġistrat biss taħt l-indikatur tar-riżultat \"parteċipanti f'impjieg, inkluż xogħol għal rashom, hekk kif jitilqu\" (EECR04). Bl-istess mod, parteċipant inattiv li jsib xogħol immedjatament (jiġifieri EECR04) iżda jsir qiegħed fi żmien 28 ġurnata għandu jiġi rreġistrat taħt EECR01 biss (skont id-definizzjoni, persuna qiegħda hija ingaġġata f'tiftixa tax-xogħol attiva).