Skont l-Artikolu 6 (1C) tar-Regolament (UE) 2016/679 ) Regolament generali dwar il-protezzjoni tad-data - GDPR), l-ipproċessar ta' data personali hija leġittima meta ikun meħtieġ għall-konformità ma' obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur. Fil-prinċipju, il-GDPR (Artikolu 9(1)) jipprojbixxi l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali, l-hekk imsejħa data "sensittiva " li pereżempju tkopri data dwar is-saħħa. Madankollu, suġġett għall-provediment ta' salvagwardji xierqa għad-drittijiet fundamentali u l-interess tas-suġġett tad-data, liġi tal-UE jew tal-Istati Membri tista' għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali jistabbilixxu eżenzjonijiet (Artikolu 9(2)(g) tal-GDPR). Il-projbizzjoni tal-ipproċessar ta' data sensittiva tista' titneħħa fil-każ ta' kunsens espliċitu mis-suġġett tad-data (jiġifieri l-parteċipant). Għalhekk, jekk il-ġbir ta' data dwar is-saħħa (bħall-pazjenti bl-HIV jew bil-COVID) huwa meħtieġ għal jew il-ġbir ta' indikaturi komuni jew speċifiċi għal programm, jew għal skop ta' kontroll jew verifika (eż. biex tkun valutata l-eliġibbiltà tal-parteċipanti), 2021-2027 CPR (Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni - l-Artikolu 4) jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar leġittimu ta' din id-data skont il-GDPR. Madankollu, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data tista' tkun aktar restrittiva. Huwa għalhekk rakkomandat li awtoritajiet tal-immaniġġar b'mod proattiv ifittxu parir mill-awtoritajiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data dwar kif jikkonformaw mal-obbligi dwar l-ipproċessar tad-data stabbiliti fil-GDPR u l-leġiżlazzjoni nazzjonali. Tabilħaqq jista' jkun il-każ li bil-għan li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ tal-FSE+, xi Stati Membri jkollhomn joħorġu xi partijiet ġodda ta' leġiżlazzjoni biex il-ġbir tad-data isir legali. B'nota separat, jekk jogħġbok ikkunsidra li s-settijiet tad-data jistgħu jingħataw psewdonimu (eż. bl-użu ta' numru tal-ID maħluq artifiċjalment, li jista' jkun disassoċjat mid-data personali permezz ta' skema ta' ċċifrar).
Answer