Answer
F'liema livell iridu jiġu stabbiliti l-miri u l-istadji importanti?
L-istadji importanti kumulattivi u l-valuri fil-mira għandhom jiġu stabbiliti għal kull objettiv speċifiku. Madankollu, mhux l-indikaturi kollha għandhom bżonn jintrabtu ma' miri u stadji importanti. L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbiliti biss għall-indikaturi (komuni jew speċifiċi għall-programm) li jkejlu l-bidla(iet) maġġuri maħsuba u r-riżultati ewlenin li jridu jinkisbu għall-objettiv speċifiku.