Meta wieħed jikkunsidra l-karatteristiċi tal-interventi, il-ġbir u l-ħażna ta' data individwali mhumiex meħtieġa. Bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv, jekk mhux direttament disponibbli, l-indikaturi tar-riżultati jistgħu jkunu rrapportati bbażati fuq stima informata mill-benefiċjarji. Dawn l-istimi jistgħu jkunu bbażati fuq approċċi ta' kampjunar (eż. l-għadd tad-destinatarji f'ċerti ġranet/ġimgħat tas-sena u ekstrapolati) jew metodi oħra. Inevitabbilment, hemm riskju li xi destinatarji aħħarin jingħaddu aktar minn darba jekk hija/huwa t/jiġbor l-appoġġ minn benefiċjarji differenti. Waħda mill-possibiltajiet biex ikun limitat l-għadd doppju tista' tkun l-għadd/stima ta' destinatarji aħħarin tal-benefiċjarji kollha fl-istess żona matul l-istess jum. Awtoritajiet ta' ġestjoni huma meħtieġa li jiddokumentaw l-metodu użat.
Answer