Meta tkun stabbilita mira għal indikatur ta’ riżultat komuni, hemm żewġ rekords għar-rappurtar tal-valuri tal-kisba (kif kien diġà l-każ fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020): rekord wieħed juri r-riżultat miksub mill-parteċipanti rrappurtati taħt l-indikatur tal-output li miegħu huwa marbut l-indikatur tar-riżultat komuni; it-tieni rekord juri r-riżultat miksub mill-parteċipanti kollha fl-SO (skont il-kategorija tar-reġjun). Għalhekk, il-mira għall-indikatur tar-riżultat komuni m’għandhiex għalfejn tkun marbuta man-numru totali ta’ parteċipanti, tista’ tkun marbuta ma’ kwalunkwe indikatur tal-output (skont il-loġika tal-intervent). Pereżempju, jekk il-mira għall-indikatur tar-riżultat komuni “Parteċipanti li jiksbu kwalifika malli jitilqu” hija marbuta mal-indikatur tal-output komuni “Minoranzi”, allura żewġ valuri għandhom jiġu rrappurtati: wieħed li jirreferi għal parteċipanti minn minoranzi li kisbu kwalifika u wieħed li jirreferi għan-numru totali ta’ parteċipanti li kisbu kwalifika fil-livell tal-SO (skont il-kategorija tar-reġjun). Biex tindika rabta bħal din, it-Tabella 3 tal-mudell tal-programm (indikaturi tar-riżultati) fl-SFC2021 għandha l-qasam \"Indikatur tal-outputs użat bħala bażi għall-iffissar tal-mira\", fejn l-indikaturi tal-outputs definiti għall-objettivi speċifiċi jidhru u jistgħu jintgħażlu. Għalhekk, sabiex jintgħażel indikatur tal-outputs bħala bażi għal indikatur tar-riżultati, l-ewwel jeħtieġ li jiġi definit taħt it-Tabella 2 tal-mudell tal-programm (indikaturi tal-outputs) għall-istess prijorità, objettiv speċifiku, fond, kategorija ta’ reġjun.
Answer