Il-valuri ta' referenza għall-indikaturi tar-riżultat jistgħu jkunu bbażati fuq kisbiet storiċi meqjusa rilevanti bħala paragun, bħall-ispiża ta' kull unità (per capita) biex ikun ipprovdut ikel jew appoġġ materjali fil-perjodu ta' programmar preċedenti. Il-kost tal-unità imbagħad jiġi diviż bil-baġit annwali stmat iddedikat għall-ikel u/jew assistenza materjali fil-programm il-ġdid. Il-kost tal-unità jista' jkun ikkalkulat fuq bażi tad-data mill-perjodu 2014-2020, bħala medja tal-valuri annwali tal-indikaturi korrispondenti rrapportati fl-AIRs. Stimi bħal dawn għandhom ikunu aġġustati fuq il-bażi tal-bidliet mistennija fil-provvediment tal-appoġġ tal-ikel jew assistenza materjali bażika. Pereżempju, jekk ikun ippjanat li jiżdied l-ammont tal-ikel jew għajnuna materjali lil kull individwu, il-kost ta' unità stmat għandu jiżdied proporzjonalment. Il-kost ta' unità stmat għandu jikkunsidra r-rati tal-inflazzjoni. Fl-aħħar nett, valuri ta' referenza għandhom ikunu mqassmin skont il-kategorija tar-reġjun. Mod sempliċi biex isir dan huwa li l-mira titqassam proporzjonalment għall-allokazzjoni finanzjarja f'kategoriji differenti ta' reġjuni, bil-kundizzjoni li l-kosts ta' unità ta' appoġġ huma simili biżżejjed għal xulxin.
Answer