Skip to main content
European Commission logo
SFC Support Portal
System for Fund Management in the European Union
Published by curelth on 20 April 2023

Huwa possibbli li jkollok operazzjonijiet li ma jikkontribwixxux direttament għall-ebda mill-indikaturi?

Answer

Skont l-Artikolu 22 tar-Regolament CPR, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi tal-output u tar-riżultat għal kull objettiv speċifiku. Peress li l-fokus huwa fuq l-objettiv speċifiku, fil-prinċipju, huwa possibbli li xi operazzjonijiet ma jikkontribwixxux direttament għall-ebda indikatur.  Madankollu, ladarba l-indikaturi jridu jaqbdu l-bidliet maħsuba ewlenin għal kull objettiv speċiku, ma għandux jkun hemm ħafna operazzjonijiet jew operazzjonijiet sinifikanti li ma jikkontribwixxux għall-ebda indikatur. Jekk jogħġbok innota li l-owsma tad-data 49 u 52 fl-Anness XVII tar-Regolament CPR jistabbilixxu rabta bejn operazzjonjiet u indikaturi fejn huwa rilevanti. Barra dan, kull operazzjoni għandha twettaq il-kriterji tas-selezzjoni, li jiżguraw konformità mal-programm, inkluż kontribut effettiv għall-kisba tal-objettivi speċifiċi għall-programm.