Iva, skont in-natura tal-operazzjoni, id-data għandha tinġabar dwar entitajiet biss, dwar parteċipanti biss, jew it-tnejn. Data dwar \"parteċipanti\" għandha tkun irreġistrata jekk hemm individwi li jibbenefikaw direttament minn intervent tal-FSE+, li għalihom l-operazzjoni timmira li tappoġġa (jiġifieri grupp fil-mira). Jekk l-ebda individwu ma jibbenefika direttament mill-operazzjoni, għandhom ikunu rrapurtati valuri żero għal indikaturi komuni dwar il-parteċipanti. Il-valuri għall-indikaturi komuni kollha għandhom jiġu rrappurtati għal kull objettiv speċifiku rilevanti: indikaturi taħt l-Anness I għall-operazzjonijiet skont l-objettiv speċifiku (a) sa (l) li ma jimmirawx lejn dawk l-aktar fil-bżonn, indikaturi taħt l-Anness II għall-operazzjonijiet skont l-objettiv speċifiku (l) li jimmiraw lejn dawk l-aktar fil-bżonn u indikaturi taħt l-Anness III għall-objettiv speċifiku (m).
Answer