Answer
Ir-rekords tad-data għandhom jinżammu sakemm jitwettqu l-obbligi ta' monitoraġġ kollha għall-perjodu ta' programmar 2021-2027. Id-\"dritt li jkun minsi\" msemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/679 (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data - GDPR ma japplikax meta d-data qed tintuża sabiex tikkonforma ma' deċiżjoni legali jew obbligu. Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) jipprovdi l-bażi legali u jistipula obbligu legali għat-trażmissjoni ta' data ta' monitoraġġ, li tirrikjedi l-ipproċessar tad-data sas-sottomissjoni tar-rapport finali fl-2029. Għal aktar informazzjoni dwar l-Artikolu 17 tal-GDPR ara: https://gdpr.eu/right-to-be-forgotten/