Ladarba parteċipanti sa 18-il sena diġà jistgħu jipparteċipaw f'operazzjoni tal-FSE fil-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jkkunsidraw il-prattiki nazzjonali attwali f'termini ta' ġbir ta' data dwar il-minorenni. Għall-operazzjonijiet taħt l-oġġettivi speċifiċi (a) sa (l) li ma għandhomx fil-mira lil dawk l-aktar fil-bżonn (Anness I tar-Regolament FSE+), l-indikatur ta' output komuni "Numru ta' tfal taħt it-18-il sena " tabilħaqq jimplika li mikrodata hija meħtieġa għal parteċipanti li huma minorenni. L-eċċezzjonijiet huma każi fejn "indikaturi ta' output komuni jistgħu jkunu rraportati bbażati fuq il-grupp fil-mira tal-operazzjoni " eż. fejn l-operazzjoni għandha fil-mira esklussivament studenti. Jekk jogħġbok innota li r-rekwiżiti f'termini ta' ġbir ta' data dwar il-minorenni huma l-istess għall-parteċipanti kollha. Għall-operazzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku (l) li għandhom fil-mira lil dawk l-aktar fil-bżonn (Anness II tar-Regolament FSE+) u l-objettiv speċifiku (m) (Anness III tar-Regolament FSE+), ma hemmx il-ħtieġa li tinġabar data individwali, għax il-valuri għall-indikaturi kollha jistgħu jiġu determinati fuq il-bażi ta' stima informata magħmula mid-destinatarji. Jekk jogħġbok innota li d-dettalji ta' kuntatt tat-tfal huma neċessarji biss biex ikunu kkuntattjati wara s-sehem tagħhom bil-għan li jkun ivvalutat jekk inbidlitx is-sitwazzjoni tagħhom (jiġifieri għall-indikaturi ta' riżultati). Għalhekk, ma għandhomx neċessarjament jirreferru għal parteċipanti infushom, iżda jistgħu jirreferu għal rappreżentanti (peż. ġenituri jew tuturi). Innota madankollu, li xi xorta ta' identifikatur personali uniku li jippermetti li jkun traċċat kull individwu huwa meħtieġ, u dan għandu dejjem jirreferi lejn il-parteċipanti. Fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, l-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jikkordinaw u jiddiskutu mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data nazzjonali bil-għan li jfasslu d-dispożizzjonijet u l-qafas għal ġbir tad-data għad-data ta' monitoraġġ kollha meħtieġa, inkluż għal minorenni.
Answer