Skip to main content
European Commission logo
SFC Support Portal
System for Fund Management in the European Union
Published by curelth on 13 April 2023

Għall-operazzjonijiet taħt objettiv speċifiku (m), għal liema indikaturi tar-riżultat jeħtieġ li jiġu ssettjati valuri ta' referenza?

Answer

Għall-operazzjonijiet taħt objettiv speċifiku (m) il-valuri ta' referenza għandhom jiġu ssettjati għal numru limitat ta' indikaturi tar-riżultat. L-għażla tagħhom għandha tkun ibbażata fuq il-loġika ta' intervent għax l-indikaturi magħżula jridu jkejlu l-kisbiet ewlenin taħt objettiv speċifiku.  Għalhekk, il-valuri ta' referenza għandhom jiġu ffissati għal dawk l-indikaturi kollha li jkejlu d-destinatarji aħħarin tat-tipi differenti ta' appoġġ ipprovdut permezz tal-programm.  Jekk il-programm jipprevedi d-distribuzzjoni kemm tal-ikel kif ukoll ta' appoġġ meterjali, anke jekk id-destinatarji aħħarin huma l-istess, il-valuri ta' referenza għandhom ikunu ssettjati għaż-żewġ indikaturi tar-riżultat separati fuq id-destinatarji tal-appoġġ bl-ikel u fuq id-destinatarji tal-appoġġ materjali. Fil-każ li l-programm jidentifika gruppi fil-mira speċifiċi li għalihom ikun ipprovdut l-appoġġ, allura l-valuri ta' referenza għall-indikaturi tar-riżultat komuni rilevanti jistgħu jiġu ffissati.