Tista’ tagħti xi eżempji ta’ indikaturi speċifiċi għall-programm li għandhom potenzjal li jkejlu l-bidla fis-servizzi offruti għal nies vulnerabbli mill-muniċipalitajiet?
Eżempji ta’ indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm (PSRI, programme specific result indicators) u l-indikaturi tal-output korrispondenti tagħhom (PSOI, programme specific output indicators): •PSOI: Għadd ta’ staff li ngħata taħriġ PSRI: Għadd ta’ staff li kisbu kwalifika/żiedu l-kompetenzi tagħhom •PSOI: Għadd ta’ muniċipalitajiet appoġġjati PSRI: Għadd ta’ muniċipalitajiet appoġġjati li żviluppaw servizzigħal nies b’diżabilità b'suċċess (jista’ jkun wara perjodu ta’ żmien minn meta ġew introdotti) •PSOI: Għadd ta’ servizzi/strutturi li ġew żviluppati PSRI: Għadd ta’ servizzi/strutturi li ġew żviluppati li għadhom joperaw wara perjodu stipulat minn meta ġew introdotti PSRI: Għadd ta’ persuni f’sitwazzjoni żvantaġġjata li qed jibbenefikaw mis-servizzi/strutturi li ġew żviluppati •PSOI: Għadd ta’ persuni f’sitwazzjoni żvantaġġjata li qed jibbenefikaw mis-servizzi/strutturi li ġew żviluppati