EECO13 “Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi\" tirreferi għal parteċipanti li mhumiex ċittadini tal-U.E. EECO14 “Parteċipanti bi sfond barrani\" għandha tkun ibbażata fuq definizzjoni nazzjonali. Fin-nuqqas ta' definizzjoni nazzjonali, it-terminu jista' jitfisser bħala persuni li l-ġenituri tagħhom kienu mwielda barra mill-pajjiż (skont ir-rakkomandazzjoni tal-UNECE). F'dak il-każ, il-parteċipanti jista' jkollhom sfond barrani iżda għandhom ċittadinanza tal-UE (i.e. imniżżla taħt EECO14 iżda mhux taħt EECO13). U l-kuntrarju jista' jkun minnu wkoll: parteċipant jista' jkun mhux ċittadin tal-UE iżda bil-ġenituri mhux imwielda barra (i.e. imniżżla taħt EECO13 iżda mhux taħt EECO14). EECO15 “Minoritajiet” għandha tkun ibbażata fuq definizzjoni nazzjonali. Bħala referenza, id-definizzjonijiet ta' hawn taħt jipprovdu referenza li fuqha d-definizzjonijiet nazzjonali jistgħu jkunu bbażati. · Minorità etnika – individwi bi tradizzjoni jew sfond kulturali differenti mill-maġġoranza tal-popolazzjoni. · Minorità nazzjonali – individwi minn gruppi ta' minorità stabbiliti relattivament tajjeb li jgħixu f'pajjiżi parikulari tal-UE. Minoratajiet nazzjonali kienu stabbiliti għal numru ta' ġenerazzjonijiet f'xi pajjiżi tal-UE, bħar-Russi u l-Polakki fl-Istati Baltiċi, u l-minorità Ungeriża fir-Rumanija. · Minoritajiet indiġeni - gruppi etniċi li huma residenti għal bosta snin ta' pajjiżi tal-UE partikulari. Huma jistgħu jkunu migranti, indiġeni jew bi sfond nomadiku bla stat. · Suġġett għal definizzjoni nazzjonali, it-terminu minorità jista' wkoll jinkludi gruppi b'karatteristiċi personali oħra li huma suġġetti għal diskriminazzjoni, bħal twemmin reliġjuż jew preferenza sesswali. Biex inqassru: - id-differenza bejn EECO13 (ċittadini ta' pajjiżi terzi) u EECO14 (sfond barrani) hija li filwaqt li EECO13 tiffoka fuq iċ-ċittadinanza tal-parteċipant, EECO14 – jekk jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet ta' hawn fuq - tiffoka fuq il-pajjiż tat-twelid tal-ġenituri tal-parteċipanti. - EECO14 hija mfissra indipendentement minn ċittadini ta' pajjiżi terzi jew minoritajiet. Fl-aħħar nett innota li individu wieħed għandu jkun irreġistrat fil-karatterisitiċi kollha li japplikaw. Jiġifieri, huma jistgħu jaqgħu taħt wieħed, tnejn jew tlieta minn dawn l-indikaturi (pereżempju persuna minn minorità sesswali, b'ċittadinanza mhux tal-UE u ġenituri mwielda f'pajjiż differenti).
Answer